Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Vari F'Malta

Click or Tap Photo to Go to your Selection

Id-devozzjoni lejn il-Passjoni, il-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesu Kristu ħadet spinta kbira 'l quddiem mal-wasla tal-Patrijiet Franġiskani Minuri f'Malta fl-1494 li waqqfu l-kunvent u l-knisja tagħhom fir-Rabat biswit il-Belt tal-Imdina li dak iż-żmien kienet iċ-ċentru governattiv ta' Malta.Ma' din l-ordni ingħaqdet l-aktar Fratellanza antika fil-gzejjer Maltin, dik tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp li kien ilha mwaqqfa minn qabel is-seklu sittax. Din mill-ewwel ħadet f'idejha l-organizzazzjoni tal-purċissjoni tal-passjoni li skond dokument tal-1591, fir-Rabat kienet diġa issir għalkemm mhux kif nafuha illum.


......idħol fil-paġna

Il-knisja tal-Franġiskani Minuri, iddedikata lil Santa Marija ta’ Ġesù, hija magħrufa mal-Maltin bħala l-Knisja Ta’ Ġieżu. Fl-1571 il-Franġiskani Minuri akkwistaw biċċa art fil-Belt. Il-knisja nbniet fuq pjanti ta’ Ġlormu Cassar. Bosta Gran Mastri kienu l-benefatturi tal- opri ta’ l-arti fil-Knisja Ta’ Ġiezu. Il-Patrijiet ħasbu biex fil-knisja tagħhom ikollhom kappella iddedikata lilll-Kurċifiss Imqaddes. F'din il-kappella tpoġġiet ix-xbiha tant għażiża tal-Kurcifiss mirakoluz li kull sena jiġbed eluf ta' devoti. It-tradizzjoni tgħidilna li dan il-Kurċifiss huwa xogħol ta' fratell Franġiskan Sqalli jismu Fra Umile Pintorno u nħadem mhux aktar tard mill-1639.

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Isla hija waħda mill-eqdem f'pajjiżna u huwa dokumentat li tmur lura sa mill-anqas l-1714. Il-Fratellanza Tal-Kurċifiss tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' din il-purċissjoni. Sal-1880, din il-purċissjoni kienet issir nhar Hamis ix-Xirka imma wara ordni tal-Arċisqof Carmelo Scicluna u li kienet tgħodd għall-Parroċċi kollha, din bdiet toħrog nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Il-purċissjoni li toħroġ mill-knisja Bażilika ddedikata lill-Marija Bambina hija mibnija madwar il-misteri rrapreżentati mill-vari. Persunaġġi Biblici jimxu skond il-konnessjoni li għandhom mal-vara partikolari.

Il-Parroċċa tal-Birgu kienet ilha mwaqqfa ħafna snin qabel il-wasla tal-kavallieri f'Malta u żgur li r-residenti ta' dawk iż-żminijiet bikrin kienu jaqdu d-doveri reliġjużi tagħhom. Madankollu, ftit għandna tagħrif dwar dan il-perjodu bikri. Imma kif il-kavallieri ħadu l-pussess ta' din il-belt fl-1530, l-importanza tagħha kibret ħafna speċjalment minħabba l-fatt li l-Knisja ta' San Lawrenz saret il-knisja Konventwali tal-Ordni. Ma jistax jonqos li l-kavallieri, bħala l-kustodji ta' l-artijiet imqaddsa kienu jagħmlu funzjonijiet kbar f'Hamis ix-Xirka u fil-Ġimgħa l-Kbira. ........

Bħall-kumplament tal-Kottonera, id-devozzjoni lejn il-passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu f'Bormla għandha għeruq fondi. L-Ordni ta' San Ġwann ġab miegħu numru ta' relikwi tal-passjoni u bla dubju dan kompla ħeġġeġ din id-devozzjoni fost il-poplu. Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jingħad li bdiet tiġi organizzata għall-ħabta tal-1694 mill-Fratellanza tal-Agunija u dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-purċissjoni ‘Ta’ Kristu Mejjet’ . Kienu jieħdu sehem fiha bosta fratelli u tfal li kienu jġorru xi torċi bin-nar u lanterni. F'Bormla, il-purċissjoni dejjem saret nhar il-Ġimgħa l-Kbira .......

Ma setax jonqos li ż-Żejtun li jinsab tefgħa ta' ġebla l’bogħod mill-Kottonera, jkun l-ewwel Parroċċa li tiddakkar mit-tradizzjoni tal-kommemorazzjoni tal-passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu u niesu jibdew jorganizzaw il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Żgur li sal-1742, din kienet diġa' toħroġ mill-Knisja Parrokjali ddedikata lil Santa Katerina ta' Lixandra, Verġni u Martri. Bħal kullimkien, il-purċissjoni fil-passat kienet ħafna aktar penitenzjali minn dik li naraw illum. Fil-fatt, sa l-aħħar gwerra, l-uniċi żewġ persunaġġi Bibliċi li kienu jieħdu sehem kienu Nikodemu u Ġużeppi ta' Arimatea.

Ħadd ma jista jgħid b’ċertezza meta bdiet il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ. Nistgħu nimmaġinaw li f’raħal daqstant antik (kien diġa’ Parroċċa fl-1436), id-devozzjoni lejn il-passjoni u l-mewt ta Kristu dejjem kienet qawwija. Minn dokumentazzjoni tal-istoriku Żebbuġi, Dun Salv Ciappara, nafu li sal-1742, mastru Saverio Laferla kien diġa’ ħadem numru ta’ vari tal-kartapesta għal din il-Parroċċa. Dan iżda ma jfissirx li bilfors dawn kienu jinħarġu f’purċissjoni. Li nafu hu li kienet issir purċissjoni bil-Monument .........

Nafu fiċ-ċert li fl-1750, diġa’ kienet toħroġ purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar. Fil-fatt, il-pijunier tax-xogħol fil-kartapesta f'Malta, jiġifieri Saverio Laferla kien ħadem numru ta' vari għal din il-parroċċa u sal-1753, is-sett kien ġa tela' għal sebgħa. Dawn kienu jinkludu l-Ort, il-Marbut u l-Vara l-Kbira li għadhom jintużaw sal-lum, l-Ecce Homo, ir-Redentur, il-Monument u d-Duluri. Dak iż-żmien, il-purċissjoni kienet issir f'Ħamis ix-Xirka bħalma kienet l-użanza f'bosta lokalitajiet oħra. Interessanti li anki f'dan iż-żmien bikri, il-purċissjoni kienet tinkludi mużiċisti jdoqqu t-tamburlini u l-fifri, u l-vjolini. ..........

It-tradizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f'Ħal Qormi hija antika ħafna iżda l-ewwel referenza dokumentata ta' purċissjoni toħodna lura għas-sena 1764. Dik is-sena, nafu li l-purċissjoni kienet diġa' tinkludi numru ta' vari tal-passjoni u din tindika b'mod ċar li l-oriġini tagħha setgħet kienet ħafna qabel. Nafu li lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, f'Ħal Qormi kienu jsiru kull Ħadd tar-Randan, ħames purċissjonijiet biex jitfakkru l-ħames misteri tat-tbatija u f'kull purċissjoni kienet toħroġ il-vara li tirrappreżenta dak il-misteru. Għalhekk, sa dak iż-żmien, diġa’ kien hemm il-vari tal-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo, ir-Redentur u l-Veronika li kienu joħorġu flimkien u l-Vara tal-kruċifissjoni...............

Mat-twaqqif tal-Via Sagra fl-1779, fil-Għargħur beda jsir il-ġbir mid-djar apposta għal din il-Prokura u kien fl-1 ta' April 1792, meta jissemma għall-ewwel darba li ħarġet il-purċissjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu. F'din il-purċissjoni kienu ħarġu żewġ vari, il-Monument u d-Duluri. F'dan iż-żmien, il-purċissjoni f'dan ir-raħal kienet toħroġ nhar Ħadd il-Palm. Nafu li minn kmieni il-Prokura kienet toħroġ xi flus għad-daqq waqt il-purċissjoni. Wara l-1810, il-purċissjoni ma tissemmiex aktar għal ħafna snin. Jista jagħti l-kas li din twaqqfet minħabba l-pesta jew minħabba l-għaks li ħakem 'l Malta f'ċerti snin. Jidher li fl-1866, reġgħet bdiet toħroġ il-purċissjoni u sa l-1880, saru sitt vari oħra biex is-sett tela' għat-tmienja tradizzjonali

Mill-ftit dokumenti li għandna, jidher li l-purċissjoni f'Ħal Luqa ilha ssir mal-225 sena. Dan għax nafu li lejn l-aħħar tas-seklu tmintax, kien hemm Luqin li ħallew flus u assi apposta biex ikunu jistgħu jsiru xi vari. Nistgħu għalhekk nissoponu li l-ewwel sett ta' vari tlesta fl-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu tmintax għalkemm ma nafux min kien l-istatwarju tagħhom. Huwa dokumentat li l-Isqof Labini fl-1795 ħatar lil Dun Frangisk Cassar bħala prokuratur tal-vari tal-passjoni. Tajjeb ngħidu li l-prokura baqgħet dejjem titmexxa minn qassis sal-1928 meta mbagħad beda jinħatar Prokuratur lajk................

Minkejja ċ-ċokon tiegħu, dan ir-raħal jista’ jiftaħar li sena wara l-oħra kapaċi jorganiżża purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, meta hawn ħafna lokalitajiet akbar li dan ma jagħmluhx. Jingħad li lura fis-snin għoxrin tas-seklu tmintax, dan ir-raħal kien diġa’ ħaseb biex ikollu Monument bi Kristu mejjet. Madankollu, t-tagħrif fuq meta bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira hu nieqes. Kien fl-1821, li l-Parroċċa ikkumissjonat x'aktarx lill-istatwarju Giuseppe Vella mill-Belt Valletta biex jaħdem sett ta' vari tal-passjoni u hekk bdiet tiġi organiżżata l-purċissjoni. Il-purċissjoni f'Ħal Għaxaq hija responsabbilta ta' kummissjoni mqabbda apposta mill-kappillan. ..........

Wisq probabbli, l-ewwel purċissjoni fil-lokalita tal-Mosta ħarġet fis-sena 1866, jiġifieri ftit snin wara t-tlestija tal-Knisja Monumentali magħrufa aħjar bħalha r-Rotunda. Kien ċertu Girgor, sagristan tal-istess Parroċċa li stinka bis-sħiħ biex tibda din it-tradizzjoni. Sa dik is-sena, il-Mosta kellha żewġ vari, dik ta' Ġesu’ fl-Ort, u ta' Ġesu’ marbut mal-kolonna. Sal-aħħar tas-seklu dsatax is-sett żdied għal sebgħa filwaqt li l-Monument sar fl-1924 u l-Vara tat-tradiment ta' Ġuda fl-1963. Is-sett tal-Vari fil-Mosta huwa uniku għall-fatt li mid-disgħa li hemm, sitta huma tal-istess statwarju magħruf, Karlu Darmanin. .......

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f'Raħal Ġdid hija l-aktar waħda riċenti fil-gzejjer Maltin u bdiet tiġi organizzata fl-1971. Iżda tajjeb niċċaraw li fl-1945, din il-Parroċċa għamlet il-vara tar-Redentur u sentejn wara dik tad-Duluri u minn dan iż-żmien sal-1970 dejjem ħarget purċissjoni b'dawn iż-żewġ vari biss. Fl-1971 twettqet xi ħaga li ma nafux li qatt ġrat xi mkien ieħor. Fi spazju ta' xahar, ċertu Patri Amando Ballucci, bil-permess tal-kappillan ħa l-inizjattiva li joħloq sett vari temporanji minn bċejjec ta' statwi u kurċifissi skartati jew imkissra li sab jiġru 'l hemm u 'l hawn. Bil-għajnuna ta' Biagio Galea, ....................