Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Vari F'Għawdex

Click or Tap to go to your selection

Nafu b'ċertezza li l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Bażilika ta' San Ġorg, fil-belt Vittorja hija l-eqdem waħda fil-gżira Għawdxija. Madankollu, jibqa' difficli tgħid meta bdiet eżatt għalkemm għandna ħjiel li fl-1788 kienet diġa' ssir. B'mod dokumentat, insibuha msemmija fil-viżta pastorali tal-Isqof Mattei fl-1809 u dak iż-żmien kienet tieħu ħsiebha l-fratellanza ta' Ġesu’-Marija. Nafu li f'dan iż-żmien bikri, il-purċissjoni kienet tinkludi id-daqqaq tat-tanbur u forsi anki tal-fifra. Il-purċissjoni kienet tagħmel ħames waqfiet quddiem ħames knejjes li kien hemm imxerrda mar-Rabat.

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral tal-belt Vittorja f'Għawdex ħarġet għall-ewwel darba fl-1968 u għaldaqstant hija l-aktar waħda riċenti li bdiet issir fil-gżejjer Maltin. U hawnhekk wieħed jistaqsi, allura kif fil-Katidral issib vari li għandhom mijiet ta' snin fuqhom? Dan għaliex id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu f'din il-Parroċċa hija wisq aktar antika mill-purċissjoni. Sa ħafna qabel ma saret il-knisja Katidrali tad-Djoċesi Għawdxija fl-1864, il-knisja Matriċi fiċ-ċittadella diġa' kellha s-sodalita' ta’ l-Agunija mwaqqfa mill-Isqof Balaguer fl-1654........

Nibdew biex ngħidu li sa ftuh is-seklu għoxrin, f'Għawdex ma kienux isiru purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ħlief fir-Rabat. Madankollu, fil-knisja Kolleġjata tan-Nadur, il-liturgija tal-Ġimgħa Mqaddsa kienet tiġi ċċelebrata b'solennita' kbira. Lejn nofs is-seklu dsatax, saret il-vara tad-Duluri li matul iż-żmien intużat waqt xi pellegrinaġġi li kienu jiġu organizzati bejn il-Parroċċi tan-Nadur, Għajnsielem u l-Qala flimkien. Fl-istess żmien, kien hemm fin-Nadur il-korp ta' Kristu mejjet li kien jitqiegħed ġo urna akkwistata żmien qabel mingħand il-Franġiskani Konventwali tal-Belt.

Ix-Xagħra

Iż-Żebbuġ

Ix-Xewkija

Il-Qala

Oħrajn f'Għawdex

0