Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

L-Ghid il-Kbir

Minn Alfred Grech

Il-qawmien mill-mewt huwa l-kuruna u t-twettieq tal-mirakli, l-izjed prova cara tad-Divinita' Tieghu u l-fundament tar-Religjon taghna. "Li kieku Gesù ma rxuxtax, bla siwi kienet tkun il-fidi taghna". (1 Cor, XV, 14).


Gesù sofra u miet ghalina: ahna mxejna flimkien mieghu fit-triq tas-sawm u l-penitenza; izda issa Kristu qam glorjuz; nieqfu mela mis-sawm taghna, nieklu l-figolli, u nharsu ferhana lejn Kristu Rxoxt.


L-Ghid il-Kbir hija l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika u l-lum ninnutaw il-bidla spontanea ta' l-atmosfera religjuza li l-Knisja Mqaddsa minn dak in-niket u swied il-qalb tghaddi f'daqqa wahda ghall-ferh l-akbar kbir meta fil-Quddiesa solenni ta-saghara tal-Ghid, wara li c-celebrant jintona l-Gloria terga' ssemma' l-qniepen taghha u d-daqq ta' l-orgni jistieden lil kulhadd biex jifrah.


IL-FUNZJONI TA' BIL-LEJL


Fl-ahhar sitt sekli, sa l-1955, il-Knisja kienet taghmel il-funzjonijiet tal-lejl bejn is-Sibt u l-Hadd, is-Sibt fil-ghodu, izda issa regghu hadu posthom dawk il-funzjonijiet li kienu jaghmlu l-Insara primitivi u li baqghu sas-seklu XIV.


Il-funzjonijiet tal-lum jistghu jinqasmu fi tliet partijiet: 1. It-thabbira tar-Rezurezzjoni; 2. Il-Liturgija tal-Maghmudija u 3. Il-Quddiesa tal-qawmien mill-mewt ta' Kristu.


Fl-ewwel parti, l-oggett principali huwa l-blandun. Wara li c-celebrant, b'ilbies vjola, ibierek in-nar gdid, jixghel minnu l-blandun. War li jbierek ukoll lil dan, id-Djaknu, liebes dalmatika bajda, jiehdu f'idejh u jaghti bidu ghal purcissjoni. Fil-bidu, fin-nofs u fit-tarf tal-korsija jkanta b'vuci dejjem aktar gholja: "Lumen Christi", id-Dawl ta' Kristu, u l-poplu jwiegeb: "Deo Gratias", Hajr 'l Alla. Wara li jghid xi talbiet, id-Djaknu jilbes mill-gdid it-tunicella vjola u joqghod hdejn ic-celebrant biex jinghata bidu ghall-qari tal-profeziji.


IL-PROFEZIJI


Il-profeziji jinkludu rwiehhom mat-tieni parti tal-funzjonijiet, il-Liturgija tal-Maghmudija. Fl-erba' profeziji jinqraw: il-holqien tad-dinja, simbolu ta' holqien iehor; ir-Redenzjoni u l-grazzja tal-Maghmudija; il-passagg mill-Bahar l-Ahmar, simbolu tal-passagg taghna mid-dnub permezz tal-Maghmudija; il-profezija ta' Isaia lill-poplu maghzul li wara n-niket kellu jsib il-ferh u l-kliem ta' Mose' fuq l-osservanza tal-ligi, dik il-ligi li ahna weghdna li nosservaw fil-Maghmudija.


Hawnhekk isir it-tberik ta l-ilma tal-maghmudija. F'dan il-punt, antikament, kienu jigu mghammda l-katekumeni, dawk li kienu gew ippreprati ma' tul ir-Randan, biex jircievu l-maghmudija. Wara l-ezorcizmu, dawn kienu jinzlu gol-fonti biex jigu mghammda u malli jitilghu kienu jigu mlibbsin il-libsa bajda u l-Isqof, wara li kien jaghmlilhom il-Grizma, kien jahslilhom riglejhom.


Il-purcissjoni terga' lura lejn l-artal u wara li jsir it-tigdid tal-weghdiet tal-Maghmudija, il-Ministri jidhlu fis-Sagristija. Wara l-kant tal-litanija tal-Qaddisin, il-Ministri jerghu johorgu did-darba libsin l-abjad biex jaghtu bidu ghall-Quddiesa tal-Ghid.


IL-QUDDIESA TAL-GHID


Il-Quddiesa tibda bil-kant tal-Kyrie eleison u c-celebrant jitla' l-artal minghajr ma jghid is-Salm "Judica" u wara li jbus u jincensa l-artal jintona solennement il-"Gloria" u b'hekk ihabbar il-qawmien mill-mewt ta' Kristu. Bhala sinjal ta' ferh, jinxteghlu d-dwal kollha tal-Knisja, idoqqu l-qniepen u jindaqq ukoll l-orgni.


Il-Quddiesa nsibuha mimlija bl-"Alleluia". Il-Kredu ma jinghadx ghaliex dan kien ikun diga' ntqal mill-katekumeni qabel ma tghammdu, lanqas ma' tinghata l-bewsa tal-paci u ma jikantax l-"Agnus Dei" ghax dan ta' l-ahhar gie mdahhal fil-Quddiesa fis-seklu VII u l-Liturgija tal-Gimgha Mqaddsa hi hafna aktar antika.


F'Hadd il-Ghid il-quddiesa hija differenti minn dik ta' bil-lejl u hija wkoll qasira minhabba li kulhadd jinsab ghajjien mill-funzjonijiet ta' bil-lejl li antikament kienu jkunu wisq itwal.


Il-quddiesa tispicca b'talba tant sabieha sabiex Alla jaghtina l-grazzja li nakkwistaw il-virtu' ta' l-Imhabba.


Naghlaq bil-kliem sabieh tas-sequenza li titkanta fil-quddiesa, "Victimae Paschali Laude", kapolavur tal-poeta Kattoliku, Vittone. Hija pogguta f'forma drammatika u hija sabieha ferm:


"Tifhir lill-Vittma tal-Ghid joffru l-lum l-insara.

Il-Haruf issa heles lin-naghag.

Kristu l-innocenti rega' ghaqqad 'l midinbin mal-Missier.


Bis-shieh iggieldu l-mewt u l-hajja;

l-Awtur tal-hajja, li kien mejjet qieghed jghix u jsaltan.

Ghidilna Marija (Maddalena), x'rajt mat-triq?


Rajt il-qabar ta' Kristu l-haj u l-glorja Tieghu, li rxoxta:

Xhieda ta' dan huma l-Angli, il-lizar u l-hwejjeg.

Irxoxta Kristu, tam tieghi: imur qabilkom fil-Galilea.


Nafu li Kristu qam verament mill-mewt.

O Sultan rebbieh, ikollok hniena minna.

Hekk ikun, Alleluia."