Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Hamis ix-Xirka

Minn Alfred Grech


Hamis ix-Xirka jfakkar fl-Istituzzjoni ta' l-Ewkaristija Mqaddsa, l-isbah tifkira li seta' jhallilna Kristu meta hallielna lilu nnifsu. Din il-gurnata kienet ghaziza hafna specjalment mis-seklu IV 'l hawn meta fis-Sinodu ta' Laodicea (can 50) gie mnehhi s-sawm. Fil-funzjonijiet insibu ghaqda poetika ta' ferh kbir u dulur immens. Ferh ghall-istituzzjoni tal-Misteru Ewkaristiku u dulur ghall-Passjoni Divina li ser tibda dalwaqt.


Fl-ewwel zminijiet tal-Knisja, bhal-lum kienu jitqaddsu tliet Quddisiet. L-ewwel wahda ghall-midinbin, it-tieni ghall-konsagrazzjoni taz-zjut u l-ohra ghat-Tqarbin tal-Ghid. Meta giet imnehhija l-penitenza pubblika, thalliet barra l-ewwel quddiesa u l-konsagrazzjoni ta-zjut giet imhollija ghat-tielet Quddiesa, l-unika wahda li hemm fir-rit attwali.


Il-kulur tal-paramenti tal-Quddiesa huwa abjad ghaliex il-lum mhux biss sejra ssir it-tifkira, izda sejjer jigi maghmul dak stess li ghamel Kristu.


Sal-Gloria, l-quddiesa hija kollha ta' ferh. Jindaqq l-orgni u fil-Gloria anke l-qniepen. Izda wara, dawn jisktu u jibqghu siekta sal-quddiesa vigilari tal-Ghid biex ihabbrulna li Kristu rxoxta. Flok il-qniepen tindaqq ic-cuqlajta, imsejha mill-Griegi: "agia zula" (agia zula), jigifieri l-injam imqaddes.


IL-QUDDIESA


Is-Salm Judica me Deus ma' jinaghdx illum u c-celebrant jibda mill-Confiteor. Jitla' l-artal, ibusu, jincensah u jaqra l-Introito u l-Kyrie. Wara l-Kyrie jintona solennement il-Gloria. L-introito jkanta l-glorji tas-Salib, li huwa s-salvazzjoni taghna, il-hajja u l-qawma taghna; is-Sagrificcju Edkaristiku mhuwiex haga ohra hlief is-sagrificcju tas-Salib.


L-Evangelju jfakkarna fit-tliet lezzjonijiet li Gesu' ta lill-Appostli meta haslilhom saqajhom: lezzjoni ta' umilta', lezzjoni ta' purita', u lezzjoni ta' karita', jew imhabba, s-sinjal ta' dawk kollha li jaghmlu parti mill-Knisja Mqaddsa.


IL-HASIL TAR-RIGLEJN


Wara l-Evangelju ssir ic-cerimonja tal-hasil tar-riglejn u f'dan l-intervall jitkantaw tmien antifoni jew anqas. Fihom tigi kantata l-virtu' ta' l-Imhabba. Fl-Antifona 6 nsibu: "Minn dan jaghrafkom kulhadd li intom dixxipli tieghi, jekk ghandkom l-imhabba lejn xulxin." U fis-7 wahda: "Jibqghu fikom dawn it-tlieta: twemmin, tama u mhabba; imma l-akbar fosthom hija l-imhabba." Izda fl-Antifona 8 naraw li permezz ta' l-imhabba biss nistghu ninghaqdu ma' Kristu: "Fejn hemm il-karita' u l-Imhabba, hemm ikun Alla.. u b'qalb safja nhobbu wiehed lill-iehor.. u f'nofsna (permezz ta' l-Imhabba) jibqa' Kristu Alla."


IL-PURCISSJONI


Wara il-hasil tar-riglejn, titkompla l-quddiesa bhas-soltu u fl-ahhar jinghad, Benedicamus Domino u l-Placeat, imma fil-quddiesa solenni tithalla barra l-barka u l-ahhar Evangelju. Ic-celebrant inehhi l-pjaneta u l-manipolu u jilbes kappa bajda ghat-trasport solenni tal-Pissidi bl-Ostji konsagrati li jkunu baqghu mit-tqarbina, sabiex jintrefghu ghat-tqarbina ghall-ghada fil-ghaxija.


Din il-pissidi tigi merfugha fil-kapsola ta' artal imzejjen apposta bid-damask ahmar li proprjament huwa msejjah Sepulkru. Nixtieq nerga' nfakkar li din ic-cerimonja tfakkar l-istituzzjoni ta' l-Ewkaristija u mhux id-difna ta' Gesu' li sa hawn ghadu lanqas biss huwa mejjet. Sepulkru tfisser "qabar" - dan mhux qabar, imma l-Artal tal-ahhar Cena fejn titpogga l-Ewkaristija ghall-qima tal-insara.